Il-Politika u Avviż Globali dwar il-Privatezza ta' CWT

The Global Privacy Policy is available in English and in the following languages. Please note that some of these pages are currently being translated.

Verżjoni aġġornata Mejju 2018

 

Il-privatezza tiegħek hija importanti

Carlson Wagonlit Travel (CWT Global B.V. u l-affiljati tagħha, flimkien CWT) hija kumpanija tal-ġestjoni tal-ivvjaġġar b’operazzjonijiet f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. Aħna nipprovdu servizzi ta’ ivvjaġġar fuq negozju u ospitalità, kif ukoll servizzi ta’ laqgħat u avvenimenti lill-klijenti korporattivi tagħna.

CWT hija marbuta li tkun trasparenti u li tirrispetta l-privatezza tiegħek online, u tirrikonoxxi l-bżonn għal protezzjoni u l-ġestjoni adegwata tad-data personali li inti taqsam magħna.

Din il-Politika u l-Avviż dwar il-Privatezza Globali tiddeskrivi d-data personali li niġbru aħna, kif nużawha u ma’ min naqsmuha, fil-kuntest ta’ forniment tas-servizzi tagħna u meta inti żżur il-websites u l-għodod online tagħna.

Għaliex niġbru d-data personali tiegħek?

Id-data personali hija informazzjoni li tħallina nidentifikawk meta nipprovdu s-servizzi tagħna. L-użu, l-ipproċessar jew it-trasferiment tad-data personali tiegħek huma rregolati minn liġijiet u regolamenti applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

CWT tiġbor informazzjoni personali mingħand (i) il-klijenti korporattivi, il-vjaġġaturi tagħhom u l-parteċipanti tal-laqgħat u l-avvenimenti, minħabba l-prestazzjoni tal-ftehim kummerċjali konkluż mal-klijenti tagħna, u (ii) il-viżitaturi u l-utenti tal-websites ta’ CWT. L-għanijiet għaliex niġbru l-informazzjoni personali tiegħek huma relatati mal-forniment ta’ servizzi ta’ vjaġġar għal raġunijiet ta' negozju, ospitalità u laqgħat u avvenimenti, bħal eżempju:

  • Prenotazzjonijiet ta’ titjiriet, trasport u ospitalità;
  • Prenotazzjonijiet ta’ laqgħat u avvenimenti, inkluż il-provvediment ta’ badges u stationery;
  • Servizzi ta’ kejtering u dawk awdjoviżivi;
  • Assistenza fl-applikazzjoni tal-VISA;
  • Ġestjoni tal-kont u fatturat;
  • Rapportar dwar il-politika ta’ konformità tal-klijent li jivvjaġġa u l-konsolidazzjoni tal-ispejjeż;
  • Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni essenzjali dwar l-ivvjaġġar, inkluż l-itinerarji u l-allerti, kif ukoll aġġornamenti fuq il-prodotti u s-servizzi ta’ CWT, inkluż stħarriġ dwar kemm il-konsumaturi huma ssodisfati;
  • Identifikazzjoni u prevenzjoni ta’ frodi, inkluż, fejn relevanti, monitoraġġ fuq is-sigurtà u s-sanzjonijiet kif preskritti mil-liġijiet lokali applikabbli;
  • Analiżi tas-suq intern.

Id-data personali li niġbru hi għalhekk neċessarja għall-prestazzjoni tal-kuntratt mal-klijenti korporattivi tagħna u mingħajrha ma nkunux nistgħu nissodisfaw il-bżonnijiet u r-rekwiżiti għall-ivjaġġar, l-ospitalità jew il-laqgħat u l-avvenimenti tagħhom.

Aħna niġbru wkoll l-informazzjoni ta’ kuntatt tan-negozju għal finijiet ta’ reklamar dirett (deskritt taħt l-Avviż dwar il-Komunikazzjonijiet ta’ Reklamar Dirett).

X’tip ta’ informazzjoni personali niġbru?

Id-data personali li niġbru għall-għanijiet t’hawn fuq jinkludu: isem, kunjom, numru tat-telefon, indirizz eletriiku u indirizz postali, isem tal-kumpanija, sess, data tat-twelid, mod tal-pagament u n-numri tal karta tal-kreditu, preferenzi fl-ivvjaġġar meta mitluba (seat, ikel, tipjip, servizzi speċjali, eċċ.), dettalji tal-passaport u tal-visa, Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR, Passenger Name Record) u kif ukoll informazzjoni dwar l-eqreb persuna li tiġi minnek.

CWT tiġbor ukoll informazzjoni ta’ kuntatt minn viżitaturi tal-websites ta’ CWT permezz tal-formoli online “Ikkuntattjana”, li l-oqsma tagħhom jinkludu isem, kunjom, numru tat-telefon, indirizz eletriiku u indirizz postali, isem tal-kumpanija.

Kif niġbru jew nirċievu l-informazzjoni personali?

Meta noffru servizz lill-klijenti korporattivi tagħna għall-bżonnijiet tal-ivvjaġġar u l-ospitalità tagħhom, jinħoloq "Profil tal-Vjaġġatur" elettroniku fl-għodda proprjetarja ta’ CWT bl-isem ta’ CWT Portrait. L-informazzjoni personali tiddaħħal permezz ta’ informazzjoni mibghuta mill-klijenti korporattivi, u/jew permezz tal-vjaġġatur jew l-amministratur awtorizzat tal-vjaġġatur. L-informazzjoni dwar il-profil tista' tasal ukoll mill-fornitur tas-servizz tal-għodda għall-prenotazzjonijiet online (OBT, sistemi biex tibbukja elettronikalment), fejn servizzi ta' fornitur bħal dawn ikunu mitluba mill-klijenti tagħna.

Meta norganizzaw laqgħat u avvenimenti għall-klijenti korporattivi tagħna, CWT tipproċessa lista bl-ismijiet tal-parteċipanti u informazzjoni dwar il-parteċipanti li tkun waslet direttament mingħand klijenti jew indirettament permezz ta’ fornituri tal-amministrazzjoni online li jista’ jagħżilhom il-klijent.

Kif nużaw id-data personali tiegħek?

Aħna nużaw id-data personali tiegħek biex nipprovdu s-servizzi tagħna kif deskritti fil-ftehim kummerċjali tagħna.

Pereżempju, meta ssir prenotazzjoni, CWT tipproċessa PNR bid-data personali li nkunu rċevejna, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa dwar il-prenotazzjoni sabiex titlesta t-talba għall-ivvjaġġar, u, f’ċerti każijiet b’aktar informazzjoni, meħtieġa għal konformità mar-regolamenti lokali tal-ivvjaġġar bħal eżempju l-Programm Secure Flight fl-Istati Uniti u s-Sistema ta’ Tagħrif bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri mħaddma f’diversi pajjiżi bħal pereżempju r-Renju Unit u ċ-Ċina.

Kemm indumu nżommuha d-data personali tiegħek?

Aħna nżommu d-data personali tiegħek skont kif meħtieġ biex nattwaw il-ftehimiet tagħna u nipprovdu s-servizzi tagħna, nirrispondu għad-domandi tal-klijenti korporattivi tagħna rigward ivvjaġġar imgħoddi u attivitajiet kummerċjali oħrajn, u biex nikkonformaw mal-obbligi legali tagħna, nonoraw ir-rekwiżiti regolatorji tagħna bħal pereżempju l-liġijiet dwar rapporti finanzjarji, insolvu tilwim jew nindirizzaw allegazzjonijiet jew litigazzjoni.

Ma’ min naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek?

Biex nagħmlu prenotazzjonijiet ta’ vjaġġar u ospitalità, u f’konformità ma’ prattiki tal-industrija tal-ivvjaġġar, CWT jeħtieġ taqsam informazzjoni personali li tkun ġabret u pproċessat (ġeneralment il-PNR) ma’ diversi kumpaniji terzi tal-ivvjaġġar bħal eżempju:

  • Fornituri ta’ servizzi fl-industrija tal-ivvjaġġar, i.e., kumpaniji tal-ajru, lukandi, kumpaniji tal-karozzi tal-kiri;
  • OBTs; sistemi biex tibbukja elettronikalment
  • Fornituri ta’ servizzi tas-saħħa u s-sigurtà;
  • Sistemi ta' Distribuzzjoni Ġeneral (GDS, General Distribution Systems), li huma sistemi ta’ network kompjuterizzati li jippermettu transazzjonijiet għal ivvjaġġar u ospitalità bejn kumpaniji li jamministraw l-ivvjaġġar bħalma hi CWT, permezz tal-aggregazzjoni ta’ inventarju fil-ħin reali (tal-ammont ta’ kmamar fil-lukandi, seats fit-titjira u karozzi disponibbli, eċċ.);
  • Sistemi kompjuterizzati għal prenotazzjonijiet, li huma sistemi għal prenotazzjonijiet użati mill-fornituri tas-servizzi (kumpaniji tal-ajru, lukandi, eċċ.) u li jżommu fihom l-inventarju (tal-ammont ta’ kmamar fil-lukandi, seats tat-titjira u karozzi disponibbli, eċċ.);
  • Kumpaniji li jieħdu ħsieb ħlasijiet bil karta tal-kreditu ; u
  • Minn żmien għal żmien, skont ir-rekwiżiti regolatorji, korpi tal-gvern bħal eżempju d-Dipartiment tas-Sigurtà Interna fl-Istati Uniti.

Jekk ma naqsmux informazzjoni personali ma’ entitajiet fl-industrija tal-ivvjaġġar, il-vjaġġ ma jkunx possibbli.

Biex norganizzaw u nikkordinaw il-laqgħat u l-avvenimenti tal-klijenti tagħna, u f’konformità mal-prattiki tal-industrija, CWT jeħtieġ taqsam l-informazzjoni personali ma’ diversi kumpaniji terzi bħal:

  • Fornituri tat-transport (karozzi, tal-linja u xarabanks);
  • Fornituri li jipprovdu tikketti tal-isem u kartolerija;
  • Fornituri tal-ikel (għal rekwiżiti tad-dieta);
  • Kumpaniji li jipprovdu servizzi awdjoviżivi (għal preżentazzjonijiet u konferenzi).

Barra minn hekk, CWT tuża xi fornituri terzi (i.e. sottokuntratturi) biex jieħdu ħsieb ċerti għodod u pjattaformi amministrattivi u tat-teknoloġija tal-informatika. Dawn is-sottokuntratturi jistgħu jaċċessaw id-data personali tiegħek iżda biss biex, f’isem, u skont l-istruzzjonijiet ta’ CWT, u jintalbu jsegwu l-politika, il-proċeduri u l-proċessi ta’ CWT u jirrispettaw il-liġijiet applikabbli dwar il-privatezza.

Aħna nirriservaw id-dritt li naqsmu data personali jekk ikun meħtieġ nagħmlu dan bil-liġi jew f’każ li ġenwinament naħsbu li azzjoni bħal din tkun neċessarja għall-konformità mal-liġijiet applikabbli.

Id-data personali tiegħek tiġi trasferita ‘l barra mill-UE/ŻEE?

Minħabba n-natura internazzjonali tas-servizzi ta’ CWT, trasferimenti internazzjonali tad-data personali jsiru fi ħdan CWT kollha, fl-affiljati tagħha, fin-negozji konġunti u fin-network tas-sħubijiet globali sabiex jgħinu fis-servizzi relatati mal-ivvjaġġar bħal eżempju l-ħruġ tal-biljett tal-ajru u talbiet għal għajnuna teknika, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-laqgħat u l-avvenimenti.

F’ċirkustanzi meta d-data personali tiġi trasferita lil, jew tinżamm ċentralment f’pajjiżi fejn m’hemmx l-istess livell ta’ protezzjoni bħal f’pajjiżek, CWT, fejn relevanti, ħadet passi biex tassigura livell ta’ protezzjoni adegwat tad-data trasferita billi daħlet fi ftehimiet xierqa dwar it-trasferimenti tad-data bejn kumpaniji abbażi ta' Klawsoli Kuntrattwali Standard Ewropej (magħrufa wkoll bħala Klawsoli Mudell tal-UE).

Kif nassiguraw li d-data personali tiegħek hija protetta?

Aħna kontinwament nimplimentaw u nieħdu ħsieb, miżuri ta’ sigurtà amministrattiva, organizzattiva, teknika u fiżika sabiex nassiguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibilità u r-reżiljenza tas-sistemi tagħna li jipproċessaw id-data personali tiegħek. Dawn il-miżuri huma mmonitorjati biex tkun evitata d-distruzzjoni aċċidentali jew illegali, ikun evitat kull tibdil jew kwalunkwe żvelar jew aċċess mhux awtorizzati tad-data personali tiegħek, jew forom illegali oħra ta’ pproċessar.

Konformità ma’ din il-Politika u l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data

L-entitajiet kollha fi ħdan il-grupp ta’ CWT huma konformi ma’ din il-Politika u l-Avviż dwar il-Privatezza Globali u huma impenjati li jħarsu l-prinċipji u regolamenti applikabbli kollha dwar il-privatezza.

Avviż dwar il-Komunikazzjonijiet ta’ Reklamar Dirett

Meta żżur il-websites u l-għodod online ta’ CWT, dejjem tista’ tagħżel li ma tagħtiniex ċertu informazzjoni. Jekk tagħżel li ma tagħtiniex id-data ta’ kuntatt li nitolbuk, xorta tista’ tkompli żżur ħafna mill-paġni tal-internet ta’ CWT iżda jaf ma tkunx tista’ taċċessa ċerti servizzi li jinvolvu interazzjoni magħna.

F’każ li inti tirċievi komunikazzjoni mingħandna dwar il-prodotti u s-servizzi tagħna, dan iseħħ minħabba li inti jew il-kumpanija tiegħek kontu tlabtu din il-komunikazzjoni jew minħabba li aħna naħsbu li l-komunikazzjoni taf tkun ta’ interess għalik jew għall-kumpanija tiegħek. F’ċerti każijiet, aħna se jkollna niġbru d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek minn sorsi pubbliċi disponibbli jew mingħand terzi persuni li inti jew il-kumpanija tiegħek tkunu qbiltu fuqhom fuq it-tixrid estiż. Aħna nibbażaw fuq l-interess leġittimu tagħna li nżommuk infurmat/a dwar il-prodotti u s-servizzi tagħna. Madankollu, jekk inti ma tixtieqx tibqa’ tirċievi komunikazzjonijiet ta’ reklamar, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link ta' tneħħija tal-abbonament "unsubscribe" fin-naħa t’isfel tal-komunikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek ma jibqgħux jintużaw f’dan ir-rigward.

Meta nqabbdu sottokuntratturi terzi biex jamministraw il-kampanji ta’ reklamar tagħna, dawn jagħmlu hekk f’isimna u taħt l-istruzzjonijiet tagħna, u aħna nassiguraw li huma jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-politiki u l-liġijiet applikabbli tagħna dwar il-privatezza u li ma jużawx id-data tiegħek għal raġunijiet oħra lil hinn minn dawk li jkun sar qbil fuqhom.

Bħala fornitur globali fl-amministrazzjoni tal-ivvjaġġar, aħna nistgħu nittrasferixxu d-data personali tiegħek ‘il barra mill-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ekonomika Ewropea. Meta aħna nagħmlu dan ma’ kwalunkwe pajjiż li ma jitqiesx bħala pajjiż li jipprovdi protezzjoni adegwata minn Kummissarji Ewropej, aħna nieħdu ħsieb li dawn it-tipi ta’ trasferimenti jiġu vvalidati permezz tal-Klawsoli Standard Ewropej rikonoxxuti (magħrufa wkoll bħala Klawsoli Mudell Ewropej) biex b’hekk id-drittijiet tiegħek jiġu mħarsa.

CWT tista’ żżomm l-informazzjoni tiegħek biss sakemm inti tkun tixtieq tirċievi/tibqa’ tirċievi l-komunikazzjonijiet ta’ reklamar tagħna u/jew biex tkun konformi ma’ obbligi legali, ordni tal-Qorti jew rekwiżiti regolatorji, u biex tissodisfa t-talba tiegħek li tneħħi l-abbonament mill-komunikazzjonijiet ta’ reklamar.

Id-Drittijiet Tiegħek

Inti intitolat/a għal diversi drittijiet relatati mad-data personali tiegħek, bħal pereżempju dritt li taċċessa d-data li CWT tiġbor dwarek, dritt ta’ rettifika, dritt ta’ tħassir, dritt li topponi għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek fuq bażi leġittima.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek, pereżempju tagħmel talba għal aċċess jew talba ta’ rettifika, jekk jogħġbok ikklikkja fuq dan il-link, li tieħdok fil-formola SAR tagħna għall-ipproċessar tat-talba tiegħek.

Aħna lesti ngħinuk fi kwalunkwe tħassib li jista’ jkollok (jekk jogħġbok uża l-email tagħna hawn taħt), kwalunkwe talba jew kwistjoni, inkluż ilmenti. Aħna nindirizzaw dan bil-livell ta’ rispett li inti intitolat tistenna mingħandna. Madankollu, jekk ma tkunx sodisfatt/a bil-mod ta’ kif inkunu indirizzajna t-talbiet tiegħek, u skont il-pajjiż li fih toqgħod, inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment quddiem l-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data.

Informazzjoni ta’ Kuntatt

Sabiex tikkuntattja lil CWT b’mistoqsijiet jew kwistjonijiet rigward il-Politika u Avviż Globali dwar il-Privatezza ta' CWT, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq globalprivacy@carlsonwagonlit.com.

 

Din il-politika hija soġġetta għal tibdil. Il-bidliet se jkunu mgħarrfa minn żmien għal żmien fuq din il-website. Għalhekk, kun ċert/a li tiċċekkja din il-website b’mod regolari.